Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li l-gvern jinsab lura ħafna biex iwettaq il-qiegħda elettorali tiegħu li fi żmien seba’ snin ikun lest t-troq kollha tal-pajjiż.
Fid-dibattitu dwar il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Karl Gouder appella biex is-settur kulturali u tal-media jingħata n-nifs meħtieġ u qal li anki l-kunsilli lokali għaddejjin minn perjodu diffiċli.
Hu kompla li meta l-kunsilli jaħdmu sew dawn jagmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies u tal-komunità. Fl-aħħar snin il-kunsilli qed ikollhom tnaqqis fil-poteri tagħhom bil-konswegwenza ta’ tnaqqis fil-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Karl Gouder kompla li l-gvern nesa l-kunsilli lokali totalment; anki f’dan il-budget fejn m’hemm prattikament xejn. Hemm żieda fl-allokazzjoni direatta ta’ €1 miljun; medja ta’ €14,000 lil kull kunsill lokali biex dawn jonfquhom f’sena meta l-ispejjeż qed jiżdiedu b’md sproporzjonat.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li ingħata allokazzjoni ta’ €5 miljuni lill-kunsilli biex jintefqu fuq it-tindif tat-toroq. Il-PN jipproponi li jkun hemm żieda fir-riżorsi lill-kunsilli lokali u mhux fondi li jridu jintefqu bilfors f’setturi partikolari propju għaliex il-kunsilli lokali għandhom impenji differenti skont il-ħtiġijiet tal-lokalitajiet. Il-kunsilli għandhom jingħataw libertà u flessibbiltà fid-deċiżjoniiet
Karl Gouder semma’ r-riforma proposta fi-kusnilli lokali biex dawn jissejħu gvernijiet lokali għalkemm il-gvern reġa’ mar għall-użu tal-klema ‘kunsilli lokali’. Dan wara l-enfasi li l-gvern kien għamel fuq gvernijiet lokali; iżda l-agħar hu li l-esperjenza bejn il-gvern u l-kunsilli lokali kienet waħda li fiha l-gvern jieħu parti mir-responsabbiltajiet li dawn għadhom bħas-saħħa tal-infurzar u d-deċiżjoni dwar it-toroq residenzjali.
Id-deputat Nazzjonalista qal li ż-żieda ta’ €14,000 fis-sena lil kull kunsill lokali qed iġib magħha iktar responsabbiltajiet bħal manager tal-kuntratti; il-ftit riżorsi li għandhom il-kunsilli lokali qed jittieħdu biex dawn jaqdu dawn ir-responsabbiltajit.
Karl Gouder tkellem dwar il-fond UIF; fond ta’ miluni ta’ euros li jkopri l-inkonvinjenti għall-perjodu waqt li jkunu qed isiru l-proġetti u qal li dawn il-fondi jintużaw għal titjib fis-soċjetà. Hu qal li kien hemm ħafna burokrazija biex jinkisbu dawn il-fondi u l-kunsilli lokali mhumiex f’pożizzjoni li joħroġu 30% biex jieħdu l-fondi.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-kunsilli lokali f’Għawdex u ppropona li l-formola tal-fondi għandha tkun imtejba biex din tkun iktar ekwa. Għandha tinħoloq strateġija reġjonali għall-kunsilli lokali Għawdxin. Hu qal li l-PN jemmen li l-kunsilli lokali jistgħu jagħmlu xogħol aħjar fit-toroq iżda l-Gvern Laburista kien wieħed li fi żmien seba’ snin kien se jagħmel it-toroq residenzjali kollha ta’ Malta.
Illum, wara tliet snin, sar biss 63 triq fi 11-il lokal; evidenti li l-gvern mhux se jilħaq lesti t-toroq kollha fil-pajjiż kif kien wiegħed. Fost l-oħrajn f’tas-Sliema minn 120 triq saru biss 5, fil-Gaħrgħu minn 65 triq saru 3, fl-Imġarr, f’San Ġiljan, fil-Floriana, f’Marsasala u fl-Imsida saru ħames toroq fkull lokal, fil-Mosta minn 274 triq saru biss 22 waqt li fl-Iklin saru biss żewġ toroq u f’Ħal Kirkop saret triq waħda biss. Infrastructure Mata hi biss mostru, sostna d-deputat Nazzjonalista, li spjega kif il-kunsillokali u Infrastructure Malta m’humiex jikkordinaw bejneithom dwar ix-xogħlijiet tat-toroq bil-probema li l-kunsilleira ma jkunu jafu xejn dwr il-proġetti li jkunu se jsiru fil-lokalitajiet.
Karl Gouder qal li qed jidħol panku għax il-gvern ajf li mhux se jlesti t-toroq kif wiegħed bil-konsegwenza li l-proġetti issa qed isiru bl-għaġġla u bla livelli meħtieġ. Dan qed isir mingħajr konsultazzjoni mal-kunsilli lokali bil-konswegenza li ma l-ewwel xita t-toroq residenzjali qed jgħerqu għax qed isiru ħażin.
Infrastructure Malta qed tingaġġa kuntratturi bla esperjenza neċessarja u bla maqe disiru l-ispralli fit-toroq. Suppost kellhom jitneħħa il-wires kollha minn mad-dar u fit-toroq biex dawn jgaħddu minn taħt l-art.
Dwar id-deċentralizzazzjoni, Karl Giuder qal li kien il-PN li ppropona r-reġjuni u sostna li llum il-kunsilli lokali spiċċaw jokorbu lil-LESA biex tkun infurzata l-liġi. Is-sindki llum m’għandhomx saħħa li jieħdu l-azzjonijiet neċessarji waqt li l-LESA m’għandhomx ir-riżorsi biex jieħdu l-azzjonijiet.
Fl-aħħar il-gvern aċċetta proposta tal-PN dwar il-Pulizija tal-Komunità wara li l-istess gvern kien kontra u issa qed jara li dan il-proġett jista’ jaħdem. Jeħtieġ li din is-sitema tkun mifrux fuq il-kunsilli lokali kollha.
Karl Goduer tkellem dwar il-COVID u qal li tul din il-pandemija l-kunsilliera ħadmu ħafna biex jgħinu lin-nies. Hu appella biex il-kunsilli lokali jitħallew jiltaqgħu online u qal li l-gvern dam tmien ġimgħat biex iressaq emendi f’dan is-sens. Il-kunsilli għamlu ħafna spejjeż minħabba l-COVID issa s’issa l-gvern għadu ma tahom xejn minn dak li wiegħed. Il-PN jibqa’ ipnejat li jsaħħaħ il-kunsilli lokali biex dawn ikunu iktar effiċjenti fir-relazzjoni mar-residenti, sostna Karl Gouder.
//= $special ?>