Lokali Parlament

Il-ħatra taċ-Chairman tal-FIAU saret b’mod illegali

Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina sostna li l-gvern appunta liċ-Chairman tal-FIAU b’mod illlegali għaliex ma ressqux quddiem il-kumitat parlamentari li skont il-liġi kellu jagħmel l-iskrutinju meħtieġ.

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-Ministeri tal-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Karol Aquilina sellem lil Fr.Lino Cardona, Ġiżwita, li miet ftit ħin ilu u qal li Fr.Cardona kien dejjem preżenti San Alwiġi; kien il-favorit tal-istudenti waqt li kien jieħu interess f’kulħadd.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li Fr.Cardona kien jieħu interess fil-persuni li kien ikollhom bżonnijiet partikolari u kien jieħu interess kbir f’dak kollu li kien qed iseħħ fil-pajjiż. Kien hu li xettel l-interess fil-politika u f’dak li qed iseħħ fl-istudenti u kellu rabta speċjali mad-Dar tal-Providenza fejn hu kien impenjat biex jgħin.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-governanza; settur li fl-aħħar snin spiċċa vittma tal-gvern Laburista u qal li l-agħar sitwazzjoni tkun li l-gvern stess jikser il-liġijiet hu stess.

Karol Aquilina qal li saret taħwida dwar l-FIAU bejn il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi. Hu rrifera għall-Att Kontra l-Ħasil tal-Flus li jispeċifika li jrid ikun hemm bord bil-membri tiegħu jinħatru mill-ministru li jirċievi listi li jagħmel persuna waħda minn dawn il-listi.

Dawn il-listi jrid jirċeviehom mingħand il-Gvernatur Bank Ċentrali, l-MFSA, l-Awtorità dwar il-Logħob, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissarju tat-Taxxi. Jidher li dan il-proċess sar tajjeb u f’Marzu 2020 l-Ministru Scicluna għamel l-għażla tiegħu u fit-3 ta’ April kienu pubblikati l-ismijiet tal-gvern.

L-Att dwar il-Ħasil tal-Flus jgħid li għandhom jinħatru Chairman u Viċi-Chairman mill-Prim Ministru wara konultazzjoni mal-Ministru tal-Finanzi. Skont il-Gazzetta tal-Gvern il-Prim Ministru għamel dawn il-ħatriet. Il-ħażin hu li hawn liġi oħra li tgħid li ċ-Chairman tal-FIAU jrid imur quddiem il-parlament qabel dan ikun maħtur.

Dan l-istrutinju jsir mill-Kumitat għall-Ħatriet Pubbliċi fi smiegħ pubbliku. Dan ifisser li l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi ma ressqux liċ-Chairman tal-FIAU quddiem il-Kumitat Parlamentari; għalhekk din il-ħatra taċ-Chairman tal-FIAU hi llegali.

Karol Aquilina qal li ma jifhmix kif meta l-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi kienu jafu b’dan l-obbligu u xorta appuntaw liċ-Chairman tal-FIAU. MA jistax ikun l l-gvern jinjroa dawn l-affarijiet u ma jagħmel dwarhom.

Hu qal li din tista’ tkun solvuta bili tintrefa’ r-responsabblità ta’ ħatra llegali ta’ persuna u billi jkun assigurat li din is-sitwazzjoni ma terġax tirrepati ilha nnfisha. Il-gvern għandu jieħu d-deċiżjonijiet li għandu jieħu; il-Ministru tal-Finanzi għandu jispjega kif saret din il-kariga, sostna Karol Aquilina.