“Irrid li pajjiżna jkollu politika serja… politika mibnija fuq il-verità u mhux fuq il-gideb.”
Dikjarazzjoni ċara mill-Kap tal-Partit Nazzjonalsita Bernard Grech f’intervista li saritlu waqt il-programm l-Erbgħa Fost il-Ġimgħa fuq ix-Xandir Nazzjonali.
Waqt din l-intervista, Bernard Grech qal li għall-Prim Ministru il-flus ghandhom valur aktar mill-hajja. U fakkar li l-Prim Ministru daħak bin-nies meta qal li l-pandemija rbaħnilha. B’kuntrast, il-Partit Nazzjonalista waqqaf Kumitat apposta fuq il-pandemija tal-COVID-19.
Bernard Grech qal li biex il-Gvern iwettaq partijiet minn dan il-Budget se jkun qed jissellef ammonti kbar ta’ flus u allura se jkollna l-ikbar deficit fl-istorja ta’ pajjiżna.
Dwar l-Electrogas, Bernard Grech qal li l-Gvern ta’ Robert Abela ma jridx li ssir inkjesta pubblika dwar dan id-deal…ghaliex il-PM jibża’ li tinkixef il-verità.
Bernard Grech qal ukoll li l-elezzjoni li jmiss għandha ssir meta hu l-aħjar għall-pajjiż u mhux meta jkun l-aħjar għall-Gvern ta’ Robert Abela.
Matul l-intervista, hu spjega li l-viżjoni tal-PN hija bbażata fuq fuq tnax-il pilastru fejn l-ambjent għandu jsir mutur ekonomiku. U mill-Oppożizzjoni… il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem b’mod proattiv sabiex il-ġid fil-pajjiż jibda mil-lum.
Bernard Grech stqarr li l-PN huwa kommess li jkompli jsaħħaħ l-ħajja tan-nies.
//= $special ?>