Sport Sport Ieħor

Jiġu fi tmiemhom il-kampjonati tat-Table Football

Jean Tabone rebaħ il-kampjonat Premier tat-Table Football fejn għeleb l-isfida ta’ Samuel Barolo li temm fit-tieni post. Charles Aquilina u Jason Pisani temmew fit-tielet post bl-istess ammont ta’ punti. Dan kien l-ewwel unur nazzjonali għal Tabone.

Il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni ntrebaħ minn Alfred Bonnici li spiċċa l-kampjonat mingħajr telfa. Fit-tieni u fit-tielet post temmew Frank Chetcuti u Tristan Fenech rispettivament filwaqt li Jeshua Bonnici rebaħ il-kampjonat ta’ taħt it-18 –il sena.

Dan il-kampjonat kien organizzat mill-Malta Table Football Sports Association fejn kawża tal-pandemija tal-coronavirus kellhu jieqaf f’Marzu li għadda u kompla fl-aħħar jiem.