Lokali Qorti

Konsultazzjoni ma’ Bord fuq id-Droga wara li dipendenti mar sitt snin ħabs dwar serq fosthom minn Mater Dei

Il-Qorti tal-Appell Kriminali preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera se tikkonsulta mal-Bord ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga qabel ma tiddeċiedi Appell li sar minn minn raġel ta’ 37 sena, li f’Marzu li għadda mar sitt snin ħabs fuq sensiela ta’ serqiet, inkluż serq ta’ iPad ta’ tabib fl-Isptar Mater Dei.

Anthony Borg, ta’ 37 sena, kien sab ruħu fl-inkwiet erbat ijiem biss wara li ngħata l-libertà proviżorja fuq proċduri separati fuq serje ta’ serqiet li allegatament seħħew f’Lulju tal-2019 fl-inħawi ta’ San Ġiljan u San Pawl il-Baħar.

Borg li għandu problema ta’ droga kien tressaq flimkien ma’ ommu fuq serqa minn Mater Dei wara li filmati tas-CCTV wasslu għall-identifikazzjoni tiegħu u u ta’ ommu, u li ġew intraċċati mill-investigaturi.

Il-Pulizija kienet qalet fil-Qorti li fit-22 ta’ Lulju 2019 insteraq iPad, valur ta’ madwar € 507, wara li konsulent mediku kien ħalla għal ftit ħin warajh, f’kuritur tal-isptar waqt li kien mar ikellem kollega fil-viċin.

Borg kien ġie arrestat fid-dar tiegħu u l-iPad nieqes instab mimdud fuq il-bank tal-kċina ta’ ommu. Il-Pulizija kienet sabet ukoll flokk u shorts identiċi għal dawk li intlibsu minnu li dehru fil-filmati.

Borg kien ammetta li kien l-isptar ma’ ommu iżda ċaħad li seraq xi ħaġa mill-baskett li kien fih l-iPad. Sussegwentement ommu ppruvat tieħu t-tort għas-serqa, u qalet li riedet tieħu l-baskett li kien fih l-iPad bit-tama li ssib xi flus kontanti li tant kellha bżonn,

Kienet qalet li tgħix fuq il-benefiċċji soċjali u r-riżorsi tagħha kienu mġebbda sal-limitu u dan minħabba il-vizzju tad-droga ta’ binha. Peress li kienet tħobb l-aġġeġġi, hija kienet ħadet l-iPad biex tilgħab xi logħob, pero ftit kienet konxja li dan l-apparat ikun protett bil-password, qalet il-mara.

Fil-Qorti ħareġ ukoll li Borg kien imdaħħal f’każ ta’ serqa minn Supermarket fil-Mosta, Dan kien seħħ il-ġurnata ta’ qabel l-inċident ta’ Mater Dei. Raġel.

Is-serqa minn Supermarket kienet solvuta aktar tard meta il-ħalliel kien ġie identifikat bħala Borg. Huwa kien twaqqaf minn uffiċjal tas-sigurtà waqt li kien ħiereġ mill-ħanut u wara li naqas milli jipproduċi l-irċevuta tiegħu, kien waqqa’ borża bix-xiri tal-merċa u telaq jiġri l-barra.

Huwa kien irnexxielu jitbiegħed, iżda mhux qabel mal-Gwardjan tas-Sigurtà kien ġibed ritratt tal-karozza tiegħu, u wara identifika lis-sewwieq bħala l-istess persuna li pprova jaħrab bi t-tliet boroż b’oġġetti tal-merċa mill-istess ħanut ġimgħa qabel.

L-Ewwel Qorti kienet qalet li għalkemm prodotti tal-laħam, dawk tal-merċa u xi ħwejjeġ tħallew fil-post mill-ħalliel, id-delitt twettaq xorta waħda ladarba ittieħdu l-oġġetti mill-ixkafef u baqa’ għaddej minn mal-cash point mingħajr ma ħallas.

Il-Maġistrat Gabriella Vella kienet ddikjarat lill-akkużat ħati tas-serq, kif ukoll talli kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja u ordni ta’ probation ta’ tliet snin b’rabta ma’ kundanna ta’ serq preċedenti. Huwa kien instab ħati wkoll li sar reċediv.

Għalhekk il-Qorti f’Marzu li għadda kkundannatu total ta’ sitt snin ħabs effettivi u ordnat il-konfiska tal-garanzija personali ta’ €8,500. Borg appella mis-sentenza bl-Imħallef Scerri Herrera tgħid li wara li semghet is-sottomissjonijiet tal-Avukat Difensur, l-Avukat Ġenerali u kull xhud li hija qieset neċessarju, qalet li tħoss li ghandha tikkonsulta l-każ mall-Bord ta’ Riabilitazzjoni ta’ Persuni li Nqabdu bid-Droga, u ghalhekk qeda tassumi l-funzjoni ta’ Qorti dwar id-Droga.

Il-Qorti qieset il-fatt li Anthony Borg ilu jinstab ħati ta’ serq għal tul ta’ żmien twil sewwa sew minn mindu kellu 16-il sena. Huwa kien fil-pussess tad-droga kannabis biss fl-2004 u fl-2011 u fil-pussess tad-droga eroina fl-2010.

Fl-ebda mument quddiem il-Qorti tal-Magistrati meta tressaq b’dawn l-akkużi ma qajjem din il-problema. Anthony Borg seta’ kieku ried jipprova jirriabilitata mid-dipendenza fuq id-droga fil-passat.

Il-Qorti tal-Appell qalet li jekk wieħed jaċċenna li Anthony Borg għandu l-vizzju tad-droga f’dan l-istadju u wieħed jikkunsidra l-fedina penali tiegħu allura jidher illi Anthony Borg ma jixtieqx jagħmel progress jew sforz sostanzjali sabiex jeħles mid-dipendenza tad-droga.

Dan iżda huwa każ ta’ persuna li teħtiegielha kura u mhux piena ta’ ħabs fit-tul li tkisser kull tama li persuna tfieq u tkun riabilitata. Dan jidher ukoll mill-fatt li Borg seraq l-oġġetti tal-ikel biex jiekol, u fil-kaz I-Pad, kienet ommu stess li qaltlu biex jiġborha ħa jaraw x’fiha.

Dan huwa persuna vulnerabbli suġġett ghat-tehid ta’ mediċina riżultat ta’ sintomi kkaġunati mill-vizzju kroniku ta’ droga. Il-Psikjatra Joseph Spiteri qal fil-Qorti li jaf lil Borg u diversi membri tal-familja tiegħu u ilu jafu li għal numru ta’ snin.

Qal li għandu problema serja ta’ droga, ta’ teħid ta’ sustanzi illeċiti, u li huma jgħidulu ‘poly drug user’. Kien ikollu wkoll episodju ta’ psikożi taht l-effett tad-drogi.

Illum il-ġurnata x-xhud qal li ma ghadux il-Psikjatra tal-ħabs u ma għadux jarah, pero’ milli jista’ jifhem l-imġieba tiegħu hija mhux ħażin bħalissa. Ilu jafu madwar 10 snin, u mistoqsi jekk qattx għamel xi korsijiet u programmi biex jindirizza din il-problema, qal li jidhirlu li kien pprova pero’ ma jaħsibx li kien għamilhom b’suċċess.

Ma kienx baqa’ għat-tul kollu, iżda ‘on and off’. Qal li huwa aħjar għaliex meta jara l-istat fiżiku tiegħu ħdejn is-soltu meta jkun taħt l-effett tad-droga jkun irqiq stanga u qisu wiċċu mixrub.

L-aħħar li rah kien madwar sena ilu fis-sena 2019. Kien jieħu dak li jiġih quddiemu. Kien jieħu għaliex tant kien ikun bla kontrol. Kemm eroina, kokaiina u anke l-kannabis.

Meta jkollu episodju tal-psikożi kien imur Mount Carmel, jinżamm għal ċertu perjodu mbgħad jerga jirrilaxxah u jer’a jmur il-ħabs pero’ kien jarah kull darba li kienu jinqalgħu l-problemi. Jaħseb li rah aktar minn 50 darba f’10 snin.

Il-Logutenent Helenio Galea xehed qal li Borg daħal il-ħabs f’10 okkażjonijiet differenti u l-ewwel darba li daħal kien f’Novembru tal-2009. Kemm ilu l-ħabs rapporti ta’ ubidjenza 71 u l-aħħar wieħed li kellu kien f’Jannar li għadda, jiġifieri minn Jannar sal-lum totalment rasforma ruħu.

Fl-aħħar 11-il-xahar ma jisimgħux ħossu. Għamel żmien ukoll inaddaf ix-showers tad-division tiegħu u għal xi raġuni waqaf minn jeddu. Ix-xhud kellem lil psikologa li kienu għadhom qatt ma rawh u rreferihom biex jibdew isegwuh ukoll.

Il-‘care plan’ mill-urina li qed jieħdulu jinsab kollu clean u negative u qal li qabel kien kien ikun ħafna pożittiv għad-droga. Qabel ma kontx tista’ tafdah u llum il-ġurnata qiegħed aktar rilassat, temm jgħid ix-xhud. L-Ispettur Mario Xiberras mexxa l-Prosekuzzjoni.