Transport Malta sofriet cyber attack li ħassar pratikament id-data kollha li kellha. L-attakk x’aktarx imur lura għal Novembru tal-2019.
Iżda l-Ministru repsonsabbli minn din l-entità, Ian Borg, qal fil-Parlament li hu ġie mgħarraf bit-telf ta’ informazzjoni kollha ta’ Transport Malta biss nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru.
Borg kien qed iwieġeb għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li staqsa wkoll meta ġie infurmat il-Maġistrat tal-għassa dwar dan l-attakk u minn min, bil-Ministru jwieġeb li l-Maġistrat tal-Għassa ma kienx infurmat.
Xahar wara li ġie mgħarraf b’dak li ġara, il-Ministru responsabbli għadu ma rax lok li jitlob inkjesta dwar dan il-każ.
L-impjegati ta’ Trasnport Malta issa spiċċaw jaħdmu kollox manwalment.
Eżerċizzju li jista’ jagħti lok għal ħafna abbuż hekk kif ħlasijiet lil kuntratturui u direct orders qed jinħadmu kollox bl-idejn mingħajr rekord fuq is-sistema tal-IT.
Fost l-informazzjoni mitlufs mis-sistema tal-IT ta’ Trasnport Malta hemm id-data kollu tal-Ports Directorate, id-data tal-impjegati kollha, u d-data tal-klijenti kollha ta’ TM.
Hu mifhum li ma kienx hemm backup tas-sistema u għaldaqstant din l-informazzjoni x’aktarx hi mitlufa darba għal dejjem.
Intant mhux mifhum kif Trasnport Malta indunaw biss ftit tal-ġranet ilu b’hack li sar għaxar xhur ilu, jew jekk dan l-attak kienx qed jinżamm mistur mill-pubbliku.
//= $special ?>