Lokali

L-HSBC jħabbar bidliet fin-netwerk tal-fergħat

Fi stqarrija HSBC Bank Malta p.l.c. ħabbar bidliet u titjib fin-netwerk tal-fergħat tiegħu. Il-bank saħaq li dawn jirriflettu ż-żieda kontinwa fl-użu tal-konsumatur u d-domanda għal servizzi bankarji diġitali, li ġew aċċellerati aktar minn ħabba il-pandemija Covid-19. Bit-tħabbir ta’ dawn il-bidliet, HSBC qal li jrid jiżgura li l-klijenti tiegħu jibqgħu infurmati dwar kif in-netwerk tal-fergħat se jkun qed jopera fil-futur qarib.

Intant, Il-bank ħabbar li l-fergħat fil-Mellieħa, San Ġwann, Ħaż-Żabbar u Ħaż-Żebbuġ, mhux se jerġgħu jinfetħu u kkonferma li l-fergħat tal-Gżira u r-Rabat, li ngħalqu temporanjament minħabba l-pandemija, se jerġgħu jinfetħu. Id-dati tal-ftuħ għad iridu jiġu kkonfermati minħabba li huma soġġetti għas-sitwazzjoni ta’ Covid-19 li għaddejja bħalissa. Il-fergħat tal-Gżira u r-Rabat se joperaw bla kaxxiera (tellerless) ladarba jinfetħu, u l-fergħat tas-Swieqi u ż-Żurrieq se jkomplu joperaw ukoll bla kaxxiera. Konsulenti bankarji se jibqgħu disponibbli f’dawn il-fergħat biex jiżguraw li l-klijenti jkomplu jkollhom aċċess għall-firxa sħiħa ta’ prodotti u servizzi.

Il-bank ħabbar li l-fergħat fil-Mellieħa, San Ġwann, Ħaż-Żabbar u Ħaż-Żebbuġ, mhux se jerġgħu jinfetħu u kkonferma li l-fergħat tal-Gżira u r-Rabat, li ngħalqu temporanjament minħabba l-pandemija, se jerġgħu jinfetħu. Id-dati tal-ftuħ għad iridu jiġu kkonfermati minħabba li huma soġġetti għas-sitwazzjoni ta’ Covid-19 li għaddejja bħalissa. Il-fergħat tal-Gżira u r-Rabat se joperaw bla kaxxiera (tellerless) ladarba jinfetħu, u l-fergħat tas-Swieqi u ż-Żurrieq se jkomplu joperaw ukoll bla kaxxiera. Konsulenti bankarji se jibqgħu disponibbli f’dawn il-fergħat biex jiżguraw li l-klijenti jkomplu jkollhom aċċess għall-firxa sħiħa ta’ prodotti u servizzi.

L-istqarrija kompliet tgħid li l-fergħat huma parti kritika mill-offerta tas-servizz tal-HSBC u fil-fatt il-bank beda reviżjoni usa’ tal-ħinijiet tal-ftuħ tal-fergħat, bil-ħsieb li joffri lill-konsumaturi sigħat ta’ ftuħ itwal f’ċerti postijiet ewlenin. Il-bank ser ikompli jiżgura li l-klijenti tiegħu jkollhom fejn jinqdew għal bżonnijiet bankarji tagħhom permezz tan-netwerk tal-fergħat, l-contact centre u anki permezz ta’ firxa ta’ kanali diġitali u remoti.

Ix-xogħlijiet fuq il-fergħa ewlenija l-ġdida ta’ Ħal-Qormi għaddejjin ġmielhom u suġġett għas-sitwazzjoni Covid-19, ser ikunu lesti għal ftuħ kmieni s-sena d-dieħla. Il-fergħa ewlenija se toffri titjib sinifikanti fil-flessibilità għall-klijenti peress li se tkun miftuħa sas-19:00 matul il-ġimgħa u mit-08:30 sa 12:30 is-Sibtijiet. Il-fergħa ewlenija il-ġdida ser tkun l-akbar fergħa tal-bank f’Malta u se toffri l-klijenti l-konvenjenza ta’ aktar minn 20 spazju għall-parkeġġ, inkluż żewġ żoni tal-iċċarġjar għal vetturi elettriċi.

Il-bank jixtieq ifakkar lill-klijenti kummerċjali tiegħu li ċ-Ċentru Bankarju għan-Negozju f’Ħal- Qormi ser jibqa’ jkun miftuħ mit-08:00 sa l-16:00 mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

Crawford Prentice, Kap tal-Wealth u Personal Banking ma’ HSBC Malta qal: “Il-bidliet imħabbra llum iġibu ċertezza u ċarezza dwar in-netwerk tal-fergħat tagħna, kif ukoll jiċċaraw l-pjanijiet futuri tagħna li noffru lill-klijenti flessibilità akbar u esperjenza mtejba permezz ta’ ħinijiet tal-ftuħ estiżi f’postijiet ewlenin tan-netwerk tal-fergħat tagħna. Il-ħinijiet tal-ftuħ estiżi ser jibdew bil-fergħa ewlenija l-ġdida f’Ħal-Qormi.