Internazzjonali

Maqtul raġel wara li attakka Uffiċjali tal-Pulizija

Raġel li allegatament attakka permezz ta’ sikkina grupp ta’ Uffiċjali tal-Pulizija li kienu għassa mat-toroq ta’ Avignon fix-Xlokk ta ’Franza, ġie maqtul b’tiri minn uffiċjali.

L-attakk irrappurtat seħħ bejn wieħed u ieħor fil-11: 15 ħin lokali tal-Ħamis.

L-attakk seħħ ftit wara attakk fil-bażilika fl-inħawi ta’ Norte-Dame f’Nizza li fih tliet persuni nqatlu minn raġel armat b’sikkina.