Futbol Sport

Pembroke u Fgura jibqgħu mhux megħluba

FGURA U. …………………….. 1

PEMBROKE A. ……………….. 1

Fgura U: B. Bartolo, J. Stenson, J. Barbara, J.P. Attard, G. Martin, S. Nanapere, J. Cassar, S. Borg, R. Zammit, N. Ojuola, G. Galea.

Pembroke A: P. Schranz, K. Farrugia, D. Sant, K. Frendo, J.P. Oliveira Santos, A. Abdeen Temitope, J. Bajada, M. Brincat, M.A. Borg, K. Aquilina, J. Etim

Referee: Shaun Calleja

Pembroke u Fgura żammew l-imbattibilita’ tagħhom wara draw mill-iktar interessanti ta’ 1-1. Pembroke kienu aħjar fl-ewwel fażi iżda Fgura tjiebu ferm u r-riżultat hu wieħed ġust.

L-ewwel taqsima kienet ferm interessanti b’ħafna logħob veloċi miż-żewġ naħat. L-ewwel azzjoni veru perikoluża waslet fl-24 minuta meta Kenneth Aquilina bir-ras mil-viċin ra l-ballun jaħbat mal-mimduda u jibqa’ sejjer barra.Risposta ta’ Fgura b’azzjoni tajba bejn Galea u Gilbert Martin bix-xutt tiegħu jmur ftit barra. Fil-31 minuta Pembroke fetħu l-iskor.

Kien gowl sfortunat għal Fgura għaliex il-goalkeeper Bartolo ħareġ u ħataf il-ballun iżda ħabat ma’ difensur u tilef il-ballun minn idejh u Abdul Abdeen kien pront xeħet fix-xibka.Fgura resqu qrib fl-40 minuta b’xutt ta’ Giovanni galea salvat b’diffikulta minn Schranz.

Kif bdiet it-tieni taqsima Fgura kisbu l-gowl tad-draw b’xutt bomba ta’ Saturday Nanapere. Dan il-gowl ta iktar kuraġġ lil Fgura li kienu xi ftit aħjar fit-tieni taqsima u Giovanni Galea kellu ċans tajjeb iżda kien imċaħħad minn Shranz. Anki Pembroke kellhom l-azzjonijiet tagħhom u Bartolo kellu jwettaq intervent mill-isbaħ biex salva fuq Abdeen Temitope.

QORMI …………………….. 1

SAN GWANN …………….. 1

Qormi: J. Vella, O. Sidibe, A. Perassolli, L. Farrugia, L. Mallia, R. Caruana, N. Meli, I. Mizzi, N. Gauci, A. Da Silva, I. Zammit

San Gwann: C. Formosa, N. Abouhaisa, C. Gauci, P. Kanzurov, O. Spiteri, C. Attah, Z. Bowman, A. Zammit, C. Omoruanzoje, U. Calistus, G. Pace.

Referee: Daniel Casha

Żewġ gowls fl-ewwel taqsima taw il-verdett fuq dan il-konfront, ferm missielet u bilanċjat, karatteristika kostanti f’dan ic-Challenge League. Iż-żewġ naħat ippruvaw b’kull mod jiksbu t-tliet punti iżda xi ftit ta’ inċertezza taħt il-lasti kif ukoll barvuri taż-żewġ goalkeepers Vella u Formosa, ir-riżultat baqa’ wieħed li finalment ikkuntenta lit-tnejn.

San Gwann fetħu l-iskor bl-ewwel xutt għal-lasta wara 14-il minuta fejn Calistus b’xutt minn tarf il-kaxxa ra l-ballun jaħbat ma’ sieq il-lasta qabel spiċċa fix-xibka. Ir-risposta tal-Qriema waslet fis-27 minuta meta minn kross mil-lemin ta’ Perassolli kien Osmane Sidibe li għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras stupenda poġġa l-ballun fix-xibka.

Fit-tieni taqsima l-andament tal-logħba ftit inbidel biż-żewġ naħat jilagħbu futbol veloċi u t-tnejn ifittxu l-gowl, gowl li baqa’ ma wasalx minkejja d-diversi tentattivi kemm fuq naħa kif ukoll fuq oħra.

BOV CHALLENGE LEAGUE
Illum: Fgura U. v Pembroke 1-1, Naxxar L. v Żebbuġ R. 0-3, St. Andrews v Pietà H .0-1, Qormi v San Ġwann 1-1