Futbol Sport

Rebħiet għal Arsenal u Milan, Tottenham ifallu fil-Belġju

(Ritratt: EPA)

Minn Grupp B Arsenal kisbu t-tieni rebħa minn daqstant partiti meta fl-Emirates Stadium għelbu lit-tim Irlandiż Dundalk 3-0. Arsenal fetħu l-iskor wara 42 minuta permezz ta’ EDDIE NKETIAH b’konklużjoni mill-viċin wara konfużjoni fil-kaxxa. Żewġ minut wara JOE WILLOCK irdoppja b’xutt fis-saqaf tax-xibka. Minuta wara mill-ftuħ tat-tieni taqsima, NICOLAS PEPE għamilhom 3-0 b’konklużjoni għar-rokna minbarra l-kaxxa.

Milan komplew bl-istaġun pożittiv tagħhom meta fi Stadio San Siro għelbu lil Sparta Prague 3-0 biex issa jinsabu jokkupaw l-ewwel post fi Grupp H. BRAHIM DIAZ fetaħ l-iskor fl-24 minuta b’konklużjoni mill-viċin. Zlatan Ibrahimovic kellu ċ-ċans li jirdoppja fis-36 minuta iżda permezz ta’ penalty iżda ra t-tentattiv tiegħu jaħbat mal-mimduda u jmur barra. It-tim ta’ Stefano Pioli rdoppja fis-57 minuta permezz ta’ RAFAEL LEAO biex għaxar minuti wara wara DIEGO DALOT għamilhom 3-0 b’xutt fil-baxx.

Napoli kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fi Spanja kontra Real Sociedad. Il-gowl deċiżiv għat-tim ta’ Gennaro Gattuso wasal fit-tieni taqsima b’xutt mid-distanza li kien devjat għal wara Remiro. Fi Stadio Olimpico Roma temmew fi draw diżappuntati ta’ 0-0 kontra CSKA –SOFIA.

Fi Grupp G Leicester kisbu rebħa diffiċli ta’ 2-1 kontra AEK Athens tal-Greċja. Leicester fetħu l-iskor wara 18 –il minuta permezz ta’ penalty ta’ JAMIE VARDY. HAMZA CHOUDHURY irdoppja fid-39 minuta b’konklużjoni mal-ewwel. Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, MUAMER TANKOVIC naqqas l-iskor għal AEK b’xutt fil-baxx li għeleb lil Schmeichel.

Tottenham sofrew telfa ta’ 1-0 kontra t-tim Belġjan ta’ Royal Antwerp. Il-gowl deċiżiv wasal fit-28 minuta meta minn kontrattakk veloċi kien LIOR REFAELOV li b’konklużjoni b’saħħitha għeleb għal kollox lil Hugo Lloris.

Bayer Leverkusen tilfu 1-0 kontra Slavia Prague. Huma spiċċaw jilgħabu l-maġġoranza tal-partita b’għaxar plejers wara li wara 22 minuta tkeċċa Karim Bellarabi. Nicoale Stanciu falla penalty għal Slavia Prague fl-64 minuta biex PETER OLAYINKA skorja l-gowl deċiżiv fit-80 minuta.

UEFA EUROPA LEAGUE

Illum: Cluj v Young Boys 1-1, Roma v CSKA Sofia 0-0, Arsenal v Dundalk 3-0, Molde v Rapid Wien 1-0, Nice v H. Beer Sheva 1-0, Sl. Prague v B. L’kusen 1-0, Benfica v S. Liege 3-0, Rangers v L. Poznan 1-0, Granada v PAOK 0-0, O. Nicosia v PSV 1-2, AZ v Rijeka 4-1, R. Sociedad v Napoli 0-1, AEK v Leicester 1-2, Zorya v Braga 1-2, Milan v Sp. Prague 3-0, Lille v Celtic 2-2, Qarabag v Villarreal 1-3, Svissapor v M. Tel Avvi 1-2, LASK v Ludogorets 4-3, R. Antwerp v Tottenham 1-0, CSKA Moscow v D. Zagreb 0-0, Feynoord v Wolfsberger 1-4, C. Zvezda v S. Liberec 5-1, Gent v Hoffenheim 1-4