Coronavirus Ekonomija Lokali Saħħa

Robert Abela joħloq konfużjoni dwar il-vaċċin tal-COVID-19

Qabel is-Sajf kien qalilna li l-mewġ qiegħed fil-baħar u li xtaq li hu jgawdi s-Sajf. Issa waqt li kien intervistat fuq ix-Xandir Nazzjonali, il-Prim Ministru Robert Abela qalilna li jixtieq igawdi l-Milied.

Diskors bħal dan diga’ ġibed kritika qawwija fil-konfront ta’ Robert Abela ftit tax-xhur ilu, kummenti li mill-ġdid reġa’ għamel, din id-darba meta intervistat fil-programm ‘L-Erbgħa Fost il-Ġimgħa’.

Meta mistqosi dwar il-frazi tiegħu tal-‘Mewġ fil-Baħar’, Robert Abela saħaq li llum għandna sitwazzjoni kompletament differenti – mingħajr qatt ma semma’ li n-numru ta’ fatalitajiet qarreb is-sittin. Hu saħaq li l-Gvern salva ġafna ħajjiet bil-miżuri li ħa. Dan ftit wara li sostna illi inutli jagħmel aktar miżuri li n-nies mhux se jżommu magħhom.

Waqt li kien intervistat minn Mark-Lawrence Zammit, Robert Abela qal li pajjiżna se jkun minn tal-ewwel li jkollu vaċċin. Qal li dan se jkun Malta f’Diċembru jew f’Jannar. Saħaq ukoll li pajjiżna jinsab viċin il-finish-line. Dan jikkuntrasta ferm ma’ dak li qalet, fl-istess ġurnata il-President tal-Kummisjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen. Hi saħqet li l-vaċċin se jitqassam lil kull pajjiż fl-istess ħin u se jkun lest f’April.

Intant, hekk kif f’pajjiżna l-każi attivi qed javviċinaw l-2,000, Robert Abela qal li f’pajjiżna qatt m’għeriqna.