Coronavirus Lokali Saħħa

Żewġ vittmi oħra tal-Covid-19 f’pajjiżna

Konferma illi żewġ persuni oħra f’pajjiżna mietu bil-Covid-19. Dan ifisser li l-fatalitajiet issa telgħu għal 59.

Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 82 sena ddaħħal l-isptar Mater Dei fil-25 ta’ Settembru u kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Ottubru – iktar minn xahar wara.

Hu miet ilbieraħ fl-isptar Mater Dei. 

Fit-tieni każ, raġel ta’ 66 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Ottubru u ddaħħal l-isptar Mater Dei fit-8 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ. 

Skont il-Gvern, iż-żewġ pazjenti kienu jbatu minn mard kroniku ieħor.