Coronavirus Futbol Sport

Zlatan Ibrahimovic b’appell lin-nies madwar id-dinja

L-attakkant Żvediż ta’ Milan Zlatan Ibrahimovic fuq il-mezzi soċjali tiegħu għadda messaġġ ta’ kuraġġ lil dawk kollha li bħalissa qed ibgħatu kawża tal-pandemija tal-coronavirus filwaq li appella lil kulħadd biex ma jisfidawx lill-virus.

Hu qal li hu rnexxielu jirbaħ fuq il-coronavirus wara li fl-24 ta’ Settembru li għadda kien irriżulta pożittiv u tenna l-appell biex kulħadd jirrispetta r-regoli u jilbes il-maskla kif ukoll tinżamm id-distanza soċjali.