Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 76 każi ġodda – ifiqu 110

Fl-aħħar sebat ijiem il-Gżejjer Maltin raw żieda ta’ 684.

Dan wara li fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fl-aħħar 24 siegħa fil-Gżejjer Maltin ġew irreġistrati 76 każ ġdid ta’ Covid-19 bil-każi attivi huma dawk ta’ 1,902.

Minn Marzu s’issa t-total ta’ każi pożittivi ta’ Coronavirus jammonta għal 6,159.

Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa fiequ 110 persuni sabiex it-total ta’ persuni mfejqa żied għal 4,150.

Dan filwaqt li l-vittmi ta’ Covid-19 f’pajjiżna jammontaw għal 61 – bi tnax-il fatalità fl-aħħar ġimgħa biss. L-aħħar vittma tal-pandemija f’pajjiżna ikun raġel ta’ 68 sena li tilef ħajtu wara li kien ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-25 ta’ Ottubru… u ittestja pożittiv l-għada.

Għal darb’oħra l-Ministeru ħass il-ħtieġa biex jippreċiża li r-raġel kien isofri minn problemi ta’ saħħa ulterjuri.