Futbol Sport

Diego Maradona llum jagħlaq 60 sena

Meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers ta’ kull żmien, Diego Maradona twieled fit-30 ta’ Ottubru tal-1960 fi Buenos Aires fl-Arġentina.

Maradona jibqa’ mfakkar għall-abbiltà li kellu fuq il-ballun kif ukoll għal numru ta’ gowls li skorja kemm fuq livell ta’ klabb kif ukoll ma’ pajjiżu. Hu beda l-karriera tiegħu ma’ Argentinos Juniors fejn wara mexa ma’ Boca Juniors. Fl-istaġun 1982 hu ssieħeb lil Barcelona fejn wara sentejn biex mar fl-Italja fejn inaqgħad ma’ Napoli.

Ma’ Napoli, Maradona wera l-kapaċitajiet tiegħu b’gowls mill-isbaħ fejn irnexxielu jirbaħ żewġ kampjonati u sar ikona fil-belt ta’ Napli. Maradona kien il-captian tal-Arġentina meta rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-1986 li saret fil-Messiku fejn jibqa’ mfakkar għall-gowl li kien skorja b’idu fil-kwartifinali kontra l-Ingilterra. Wara li temm il-karrier tigħu fil-futbol, Maradona mexxa numru ta’ klabbs madwar id-dinja kif ukoll lil Arġentina bejn l-2008 u l-2010.