Lokali

Edwina Licari tirreżenja mill-Bord tal-FIAU

L-Avukat Edwina Licari rreżenjat mill-Bord tal-FIAU. Dan ġie mħabbar mill-Uffiċju tal-Prim Ministru fejn ġie spjegat li dalgħodu l-Ministru Edward Scicluna kien infurmat permezz ta’ ittra mibgħuta minn Licari.

Dan wara li ġie żvelat li l-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri, flimkien mal-konsulent legali Edwina Licari u l-eks Assistent Personali tal-eks Chief of staff tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Keith Schembri – Charlene Bianco Farrugia – kienu marru vaganza Las Vegas flimkien man-negozjant Yorgen Fenech fuq spejjeż tal-istess Fenech – lura f’Mejju tal-2018.

Aktar kmieni l-Ġimgħa sar magħruf li kemm Cuschieri kif ukoll Licari issospendew lilhom infushom mill-MFSA.