Budget 2021 Lokali

Glenn Beddingfield ma jweġibx jekk il-Gvern mexiex fuq il-pariri mediċi

Il-deputat Laburista Glenn Bedingfield sab ruħu skomdu għall-aħħar meta kien mistoqsi jekk il-Gvern ta’ Robert Abela mexiex mal-pariri tal-esperti mediċi fil-ħidma tiegħu fl-aħħar xhur.

Dan meta pajjiżna jinsab f’nofs pandemija, u wieħed jassumi li l-ħidma tal-Gvern, kemm dik fil-qasam ekonomiku kif ukoll fejn tidhol is-sahha, qed tkun ibbażata l-ewwel u qabel kollox fuq il-pariri tal-esperti medici.

Bedingfield qal li l-Grupp Parlamentari jkollu diskussjonijiet u ma jieħux deċiżjonjiet fuq pariri. Hu qal li d-deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru kienu f’waqthom.

Fil-programme Net Live immexxi minn Robert Cremona, Glenn Bedingfield u l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar għamlu l-argumenti rispettivi tagħhom dwar il-budget li għadu kif ġie ppreżentat, iżda tkellmu wkoll dwar ir-realtà tal-ġurnata – l-imxija tal-Covid-19.

Glenn Bedingfield irrepeta l-argument li għamel ftit tal-jiem ilu l-Prim Ministru dwar il-vaċċin. Ċioe li dan il-vaċċin se jkun magħna bejn Diċembru u Jannar.

Dan minkejja li l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen qalet li dan mhux sej kun lest għat-tqassaim tal-anqas sa April.

Matul il-programm, Beddingfield irrepeta l-frażi ta’ Robert Abela li tant ħolqot kontroversja – dik li l-mewġ qiegħed fil-baħar.

Intant, il-Whip laburista ingħaqad ma’ deputati oħra li fl-aħħar jiem pruvaw jiġġustifikaw il-vot tal-membri tal-Gvern kontra l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni li kienet qed titlob għal inkjesta pubblika fuq il-proġett skandaluż tal-Electrogas.

B’din il-pozizzjoni li ħa, Bedingfield ikkonferma li l-Gvern immexxi minn Robert Abela qed ikompli jiddefendi l-kuntratti skandalużi li fassal il-Gvern ta’ Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri.