It-12-il edizzjoni tal-attivitajiet tal-Milied ta’ ‘Bethlehem f’Għajnsielem’ ġew ikkanċellati minħabba l-imxija tal-pandemija tal-COVID-19.
Minkejja l-preparazzjonijiet li ilhom għaddejjin għal xhur sħaħ, il-Viċi Sindku t’Għajnsielem, Franco Ciangura qal li se jkunu qed jimxu ma’ dak irrakomandat mill-awtoritajiet tas-saħħa sakemm jerġa’ jiġi żmien li l-poplu jkun jista’ jerġa’ jiltaqa’ mingħajr restrizzjonijiet.
Ciangura qal ma’ Net News li l-maġġorparti tal-preparazzjonijiet isiru fis-sajf, liema preparazzjonijiet baqgħu għaddejjin normali b’tama li fix-xitwa s-sitwazzjoni tkun taħt kontroll. Sfortunatament, il-Kunsill Lokali ra li din mhix ideali u b’hekk provaw isibu alternattiva oħra biex jgħatu Milied mill-isbaħ lill-viżitaturi.
Wara għadd ta’ diskussjonijiet, dawk involuti ddeċiedew li għandhom iħarsu saħħet il-viżitaturi, il-voluntiera u l-atturi u b’hekk kien ikkanċellat kollox.
//= $special ?>