Lokali Parlament

Il-gvern nefaq €80,000 għal avukat Spanjoli fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja

Il-gvern nefaq €80,000 għal avukat Spanjoli fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża li għamlu l-għaqda Repubblika.

Kien id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza jgħid kemm huwa l-ħlas li sar s’issa u/jew li se jsir b’kollox lill-avukati Spanjoli li huwa qabbad biex jiddefendi lill-Gvern Malti quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża ta’ Repubblika vs Malta

Il-Ministru Edward Zammit Lewis qal li l-użu ta’ avukati minn stat ieħor Ewropew f’rappreżentanza ta’ kawżi internazzjonali hi prassi mifruxa fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, kif kien jiġri wkoll fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti. Din il- prassi hi wkoll skont ir-regoli fundamentali tal-istess Unjoni Ewropea.