Lokali Parlament

Il-kontijiet jistgħu jorħsu b’50% kieku m’hawnx il-korruzzjoni fl-enerġija

Ritratt: Matthew Tabone

Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-kontijiet atd-dawl u l-im ajistgħu jorħsu b’50% kieku ma saritx il-korruzzjoni li twettqet f’dan is-settur taħt il-gvrn Laburista.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, Adrian Delia qal li l-Prim Ministru staqsa minn fejn kienu se jinġiebu l-flus għall-budget kienu ma kienx hemm l-iskema tal-IIP.

Hu qal li dak li l-pajjiż iffranka minn fuq ix-xiri tal-gass u ż-żejt għall-enerġija ma marx għand il-poplu iżda ħadu ħaddieħor. Il-poplu qed jinsteraq u l-gvern kien wieħed li se jirrevedi l-mod kif isir il-ħlas.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li kull meta jinxtara l-gass u ż-żejt il-gvern ikkuntratta mal-iktar pajjiż korrott fid-dinja biex jitħallsu l-kummissjonijiet u l-poplu jerġa’ jinsteraq għat-tielet darba.

Il-kummissjonijiet qed jitħallsu speċifikament għax il-gvern ried li jiffirma negozju li fih jinsteraq il-poplu. Hu qal li hemm €4.6 miljuni li nsterqu meta l-gvern ħema l-ivnestiment fil-Montenegro li marru biex jitħallsu sħab il-politiċi Maltin. Is-self li ngħata mill-banek Maltin li fok marru għall-power station, dawk involuti ħadu l-profitt qabel sar l-investiment li ġie minn dan is-self.

Id-deputat Nazzjonalista qal li meta jingħad kollox jirriżulta li l-pajjiż se jkollu ammont kbir għad-diżpożizzjoni tiegħu u jissuperaw bil-bosta dak li jidħol mill-bejgħ tal-passaporti. Mill-kalkoli tal-kontijiet jirriżulta dan is-serq jammonta għal 50% tal-kontijiet; dawn il-flus jistgħu jmorru għand il-poplu.

Il-pajjiż għandu l-iktar arja maħmuġa fl-Ewropa u jseħħu 600 mewt prematur riżultat ta’ dan. Hu qal li l-gvern mhux iqis is-sitwazzjoni bħala emerġenza u sostna li l-gven għandu jkollu l-interess li jagħmel investiment nadif u mhux maħmuġ.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern m’għandux pjan dwar l-introduzzjoni ta’ vetturi li jaħdmu bl-enerġija anzi ntrabat li jixtri mingħand l-istess kumpanija għal snin twal b’konsegwenzi negattivi fuq l-ekonomija.

Adrian Delia qal li l-pajjiż irid jiddeċiedi jekk hux qed jieħu bis-serjetà d-dikjarazzjoni dwr l-emerġenza fil-klima; liema dikjarazzjoni kienet approvata mill-parlament. Jeħtieġ li jkun hemm strateġija fit-tul dwar dan u mhux isiru biss inizjattivi bla strateġija.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex jinstabu kunsens kif instab dwar l-emerġenza tal-klima fix-xiri tal-enerġija. Hu sostna li l-PN għandu r-rieda li jinstabu s-soluzzjonijiet biex flimkien jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet.