Futbol Sport

Imut Nobby Stiles, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja fl-1966

Tħabbret il-mewt ta’ Nobby Stiles, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-1966 mat-tim nazzjonali Ingliż fl-età ta’ 78 sena. Stiles iġġieled battalja twila mal-kanċer kif ukoll kien qiegħed ibagħti mid-dimensja.

Mat-tim nazzjonali Ingliż, Stiles lagħab 28 partita u kien strumentali fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-1966 meta kellu l-irwol li jimmaraka lill-istilla Portugiża Eusebio.

Stiles kien ukoll eks-plejer ta’ Manchester United fejn rebaħ żewġ kampjonati u l-European Cup f’karriera ta’ 11-ilsena fejn lagħab aktar minn 400 partita għar-Red Devils. Wara li temm il-karriera bħala plejer, Stiles mexxa lil Preston u lil WBA. Fl-1989 hu kien ukoll kowċ fl-akkademja ta’ Manchester United fejn għen fl-iżvilupp ta’ plejer bħal Ryan Giggs u Gary Neville.

Stiles huwa s-seba’ plejer mit-tim nazzjonali Ingliż li rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1966.