Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA iddiskuta l-fatti dwar il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Joseph Cuschieri u l-Konsulent Edwina Licari, kif irrapurtati fil-media lokali.
Fi stqarrija, il-Bord qal li hu konxju tar-responsabbiltà li għandu u għażel li jibda eżerċizzju ta’ evalwazzjoni fuq il-fatti kif irrapurtati, sabiex ikunu ssalvagwardjati l-interessi tal-Awtorità.
Dan l-eżerċizzju se jkun qed jitmexxa bl-aktar mod trasparenti u etiku possibbli, kompliet tgħid l-istqarrija.
Intant kemm Joseph Cuschieri kif ukoll Edwina Licari issospendew lilhom infushom minn jeddhom sakemm tintemm din l-evalwazzjoni u tittieħed deċiżjoni dwarhom.
Christopher Buttigieg ġie maħtur Aġent Kap Eżekuttiv ad interim fl-awtorità bi qbil unanimu.
//= $special ?>