Lokali

Maltco lotteries tniedi il-logħob tagħha online

Il-logħob favoriti tal-Maltin issa jistgħu jintlagħbu online

Maltco Lotteries, l-Operatur tal-Lotterija Nazzjonali żvelat l-introduzzjoni tal-logħbiet tagħha online għall-ewwel darba. Super 5, LOTTO, Quaterno+, SUPERSTAR u Quick Keno issa huma aċċessibli sabiex jintlagħbu online sa mit- 30/10/2020. Din l-introduzzjoni tindirizza d-domanda għall- aċċessibilta’ ta’ dawn il-prodotti permezz ta pjattaforma interattiva li tgħaqqad id-dinja fiżika ma dik diġitali għall-benefiċċju tal-komunità tal-ġukaturi Maltin.

Maltco iLottery hija estensjoni għal network ta ħwienet ta’ Maltco Lotteries. Dan iwassal lill-kumpanija sabiex tibda toffri logħob eċċitanti online, b’għazla kontinwa ta’ logħob avvanzat u nnovattiv ibbażat fuq prinċipji ta’ Logħob Responsabbli. Is-sistema qed tiġi operata b’Lotos Xi, teknoloġija żvillupata mill-INTRALOT. Is-sistema toffri esperjenza ta’ logħob diġitali intuwittiva, tal-ogħla livell lil-ġukaturi, kif ukoll tipprovdi aċċess sħiħ għal-logħob favoriti f’Malta biex ikunu disponibbli li jinxtraw minn din il-platform tant veloċi w konvenjenti.

B’kumment dwar din l-implimentazzjoni, iċ-Chief Executive Officer ta’ Maltco Lotteries, Vasileios Kasiotakis, qal li l-kumpanija tinsab sodisfatta li tibda sservi u tipprovdi divertiment lill-ġukaturi Maltin fuq din il-pjattaforma addizzjonali flimkien mal-pjattaforma ta’ ħwienet eżistenti. Intant hu stqarr li “il-komunikazzjoni tal-lum hija riżultat ta’ xogħol u sforz bla waqfien mit-team kollhu tal-Maltco u INTRALOT,

taħt ir-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet tal-’Covid-19. L-għan ta’ din is-soluzzjoni online hi biex tipprovdi lil-ġukaturi ġodda u eżistenti  b’aċċess iktar faċli għal-logħob tant maħbub mal-Maltin.” Hu kkonkludha li dan il-progress ewlieni jpoġġi lill-Maltco f’pożizzjoni kompetittiva għal-futur.

Intant, Dr. Chris Dimitriadis, Kap Eżekuttiv ta’ INTRALOT’s Group qal li “il-prinċipji id-disinn ta’ din is-soluzjoni jiffoka fuq il-ġukatur. Aħna introduċejna l-aktar teknoloġija avvanzata biex niksbu esperjenza ta’ logħob effijenti fost ic-channels kollha. Ninsabu eċitati li LOTOS Xi qed tippermetti lil Maltco li toffri lill-komunità tal-gaming f’Malta, l-opportunità li tipparteċipa b’mod responsabbli f’logħob tal-iLottery filwaqt tkompli tinkontribwixxi sabiex jinġabru fondi għal-kawżi ġusti. “

Is-sistema Lotos Xi tippermetti lil operaturi biex jiddefinixxu u joffru abbonamenti għal kwalunkwe logħba disponibbli u jmexxu l-kontenut tagħha. Is-sistema li hija karatterizzata minn filosofija ta pjattaforma waħda, għandha għażla vasta ta’ loġħob innovattiv u impenjattiv, flimkien ma’ opportunita biex il-ġukatur jippersonalizza l-esperjenza tiegħu permezz ta’ analitiċi tad-data. Dan joħloq valur akbar kemm għall-operatur kif ukoll għall-ġukatur.

Permezz tal-iLottery, il-ġukaturi lokali issa jistgħu jixtru biljetti tal-logħob favorit tagħhom b’iktar konvenjenza u f’ħin qasir. Il-Maltco iLottery tippermetti lill-ġukaturi li jagħżlu n-numri favoriti tagħhom jew jippruvaw xortihom billi jiġġeneraw għażliet każwali, bl-użu tal-Quick-Pick. Insibu wkoll pakketti ta’ biljetti predefiniti li huma disponibbli kemm għal tlugħ wieħed kif ukoll għal numru ta’ tlugħ konsekuttivi.

L-iLottery tiggarantixxi esperjenza ta’ logħob sigur u responsabbli. Il-website tal-Maltco iLottery hija mgħammra b’għodda mmirata biex tgħin tipprevjeni l-użu eċessiv u tippermetti lill-ġukaturi sabiex jilagħbu b’mod sensibbli. Il-biljetti mixtrija jiġu awtomatikament abbinati mall-kont online tal-ġukatur, b’sistema li tinnotifika lill-istess ġukatur bi kwalunkwe rebħ li awtomatikament jitħallas fl-istess kont bankarju li ntuża fażi tax-xiri.

Il-Loghob huwa disponibli fuq is-sit elettroniku https://maltco.com u qed jiġi offrut taħt il-liċenzja tal-Malta Gaming Authority lill-ġukaturi reġistrati minn 18 il-sena il-fuq u li jgħixu f’Malta.