Lokali

Mons. Mario Grech lura pajjiżna

Wasal Malta l-Kardinal-elett Monsinjur Mario Grech, bl-Arcisqof Charles Scicluna, l-Isqof ta’ Ghawdex Anton Teuma u l-Isqof Awziljarju Joseph Galea-Curmi jilqghuh mal-inzul tieghu fl-Ajruport Internazzjonali minn Ruma.

Net News tkellem ma’ Monsinjur Grech dwar xi tfisser għalih li kien magħżul bħala l-ewwel Għawdxi fil-kariga ta’ Kardinal.

Kien il-Papa Franġisku innifsu illi l-Hadd filghodu wassal din l-ahbar importanti. Dan sar waqt l-Angelus, mit-tieqa tal-Palazz Apostoliku fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, meta il-Papa qara l-lista ta’ 13-il Kardinal ġdid.

Mario Grech wasal f’pajjiżna biex igawdi l-ġranet li ġejjin mal-qraba hekk kif fi ftit tal-ġimgħat oħra se jkun qed jibda fl-irwol il-ġdid tiegħu ‘l bogħod minn pajjiżna.

Il-Kardinali l-ġodda se jinħatru fit-28 ta’ Novembru li ġej meta l-Papa jlaqqa’ konċistorju.