Futbol Sport

Mosta jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: Dominic Aquilina)

Matthias Mizzi

Mosta……………..1

Santa Lucia……….0

Mosta: H. Mafoumbi, E. Ememe, J. Bezzina (’88 M. Attard), C. Failla, T. Farrugia, T. Yokochin (’67 D. Debono), M. Muchardi, L. Portelli (’67 D. Bonnici), R. Morisco, B. Kaljevic, K. Tulimieri (’79 G. Sciberras)

St. Lucia. : A. Vella, T. Tabone (’85 J. Delmar), F. Prates Rodrigues,  J. Duarte,  K. Correia, M.Camilleri (’70 A. Magri), A. Da Silva, K. Ante, L. Prestes, R. Tachikawa, K. Xuereb (’70 R. Camilleri).

Imwissija:  ’28 M. Muchardi (MST), ’57 R. Tachikawa (STL) ’77 D. Debobo (MST), ’86 L. Pretes (STL)

Skorjaw:  MST: ‘9 B.Kaljevic

Referee:  Trustin Farrugia Cann

Assistenti Referees: Luke Portelli & Jurgen Spiteri

Raba’ Uffiċjal:  Fyodor Zammit

BOV Plejer tal-Logħba: Bojan Kaljevic (MST)

F’logħba kkontrollata minn Trustin Farrugia Cann, Mosta rritornaw għar-rebħ wara nuqqas ta’ tliet logħbiet. Minkejja r-rebħa minima favur Mosta, St. Lucia kienu sfortunati li ma ħadu xejn minn din il-partita.

Il-maġġoranza tal-partita kollha kienet ibbilanċjata miż-żewġ naħat. St. Lucia marru viċin mar-raba’ minuta fejn pass laterali ta’ Da Silva ra lil Tachiwaka waħdu iżda dan ikkonkluda għoli. Kienu ħames minuti wara li Mosta fetħu l-iskor permezz ta’ Kaljevic wara li approfitta minn ħarġa ħażina ta’ Vella.

Mal-bidu tat-tieni taqsima Kevin Tulimieri kien sfortunat milli jagħmel l-iskor 2-0 favur Mosta wara li l-konklużjoni tiegħu għaddiet viċin tal-lasta. Kwarta wara u l-goalkeeper Vella dawwar tajjeb f’korner free-kick inkarigat minnu Kevin Tulimieri.  Fl-aħħar ftit minuti tal-partita Mosta marru viċin għal darb’ oħra din id-darba minn xutt fil-baxx tas-sostitut Gianluca Sciberras.

Minuta fuq il-ħin barrani u Farrugia kien fundamentali fid-difiża b’tackle b’saħħitha minn mal-art biex ċaħħad lil St. Lucia milli jakkwistaw xi punti minn din il-partita. Għaldaqstant l-iskor finali spiċċa 1-0 favur Mosta.