Formula 1 Sport

Raikkonen u Giovinazzi se jibqgħu ma’ Alfa Romeo għall-istaġun li ġej

(Ritratt: Formula 1)

Is-sewwieqa Kimi Raikkonen u Antonio Giovinazzi ġew ikkonfermati għal staġun ieħor minn Alfa Romeo.

Din is-sena kieent waħda diffiċli għat-tim ta’ Alfa Romeo fejn bħalissa jinsabu fit-tmien post fil-klassifika tal-kostrutturi. Kimi Raikkonen li dan għalieh se jkun id-19 -il staġun konsekuttiv qal li t-tim ta’ Alfa Romeo qisu familja. Antonio Giovinazzi minn naħa tiegħu rringrazzja lid-diriġenti tat-tim li urew fiduċja fih għal staġun ieħor.

Il-Prinċipal tat-tim Fred Vasseur qal li t-tim jinsab kburi u onorat li se jkompli jaħdem maż-żewġ sewwieqa. Din l-aħbar ħarġet hekk kif fi tmiem din il-ġimgħa l-Grand Prix tal-Formula 1 se jsir fiċ-ċirkwit ta’ Imola fl-Italja.