Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Larkin Camilleri

Il-Ġimgħa filgħodu ngħatat l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija, żagħżugħ deskritt minn bosta bħala ħabib sinċier, ġenitili…dejjem bi tbissima fuq wiċċu minkejja kollox.

Larkin ħalla din id-dinja fl-età ta’ 23 sena wara battalja twila mal-marda tal-kanċer – aħbar li għafset il-qalb ta’ bosta. Diversi persuni sellmu l-memorja taż-żagħżugħ u ddeskrivewh bħala ġuvni ta’ qalb tajba, edukat, u persuna li qatt ma qatgħa qalbu milli jiġġieled il-ħajja, u jħabbat wiċċu magħha bi tbissima.

Qraba ta’ Larkin sostnew li din il-ġimgħa fil-ġenna żied anġlu ieħor.

Kawża tar-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija tal-Covid-19, setgħu jattendu numru limitat ta’ persuni għall-funeral taż-żagħżugħ u għaldaqstant waqt iċ-ċerimonja setgħu jattendu biss il-qraba.