Futbol Sport

Virgil Van Dijk operat b’suċċess f’irkopptu

(Ritratt: EPA)

L-operazzjoni fuq id-difensur ta’ Liverpool Virgil Van Dijk kienet waħda ta’ suċċess. Van Dijk kien operat fil-ligament tal-curciate wara injury li sofra fis-17 t’ Ottubru fil-konfront kontra Everton wara daħla kerha minn Jordan Pickford.

Bħalissa Liverpool għandha bosta plejers neqsin fid-difiża bl-uniku difensur ċentrali għad-dispożizzjoni ta’ Jurgen Klopp huwa Joe Gomez wara li Fabinho sofra injury fil-partita tal-UEFA Champions League kontra FC Midtylland.