Coronavirus Lokali

Vittma oħra tal-COVID-19 f’pajjiżna

12-il fatalità f'ġimgħa; l-agħar xahar ta' każijiet pożittivi.

Fl-aħħar minuti, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li anzjan ta’ 68 sena miet bil-COVID-19 fl-aħħar sigħat, il-61 vittma ta’ dan il-virus.

Skont l-istqarrija, ir-raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-25 ta’ Ottubru u ġie kkonfermat pożittiv għall-COVID-19 l-għada 26 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura fl-Isptar fejn miet aktar kmieni llum.

Għal darb’oħra, il-Ministeru tas-Saħħa ħass li għandu jgħid li r-raġel kien ibati minn problemi oħra ta’ saħħa.

Qed jibqa’ jkun imħeġġeġ l-użu tal-maskra, il-ħasil tal-idejn u d-distanza fiżika.