Futbol Sport

Żewġ gowls fl-ewwel taqsima biżejjed għal Wolves

(Ritratt: EPA)

Fil-Molineux Stadium, Wolves għelbu lil Crystal Palace 2-0. Kien RAYAN AIT NOURI li fetaħ l-iskor wara 18-il minuta wara żball fid-difiża ta’ Crystal Palace. DANIEL PODENCE rdoppja fis-27 minuta meta kkonkluda fuq cross ta’ Pedro Neto. Crystal Palace temmew il-partita b’għaxar plejers meta Luka Milivojevic tkeċċa għal daħla kerha fuq Moutinho.


Fil-partiti li għandna fi tmiem il-ġimgħa jispikka l-konfront ta’ għada f’Old Trafford bejn Manchester United u Arsenal, konfront li se jkun importanti għaż-żewġ timijiet biex iżommu l-pass mat-timijiet fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. Manchester United għadhom ġejjin minn rebħa kbira ta’ 5-0 f’nofs il-ġimgħa fil-UEFA Champions League kontra RB Leipzig. Arsenal ukoll rebħu 3-0 fil-UEFA Europa League, kontra Dundlak.


F’Anfield, Liverpool jilgħabu kontra West Ham United f’partita li tista’ tkun diffiċli għat-tim imexxi minn Jurgen Klopp. Fl-aħħar partiti tagħhom West Ham urew titjieb fil-logħob u kisbu żewġ draws kontra Tottenham u kontra Manchester City. Livepool komplew fejn ħallew fl-istaġun li għadda u minkejja li l-prestazzjonijiet mhux dejjem qed ikunu tajbin xorta waħda jinsabu jaqsmu l-ewwel post ma’ Everton.


Chelsea jilgħabu kontra Burnley f’partita li t-tim ta’ Frank Lampard se jkun qiegħed jittama li jirritorna għar-rebħ sabiex iżomm il-pass mat-timijiet li jinsabu fl-ewwel erba’ postijiet tal-klassifika.

PREMIER LEAGUE
Illum: Wolves v C. Palace 2-0 Għada: Sheff. Utd v Man City 1.30pm, Burnley v Chelsea 4.00pm, Liverpool v West Ham 6.30pm Il-Ħadd: Aston Villa v Southampton 1.00pm, Newcastle v Everton 3.00pm, Man Utd v Arsenal 5.30pm, Tottenham v Brighton 8.15pm It-Tnejn: Fulham v WBA 6.30pm, Leeds v Leicester 9.00pm