Lokali

Appell biex il-pagamenti dovuti lill-Pulizija jingħataw mill-aktar fis

Ritratt: Matthew Tabone

Permezz ta’ stqarrija l-Police Officers Union appellat lill-amministrazzjoni biex il-pagamenti dovuti lill-pulizija għall-overtime jingħataw minnufih.

Huma qalu li kienet saret talba simili ġimgħat ilu.

It-talba kompliet billi sostnew li l-pulizija, il-ħidma tagħhom dejjem wettquha fil-ħin u bla dewmien u għalhekk jeħtieġ li dawk responsabbli jagħmlu dmirhom ukoll u jħallsu lill-ħaddiema dak dovut lilhom.

Il-Union qalet li l-ħaddiema pulizija għandhom ir-rabtiet tagħhom u mhux ġusta li jkunu wettqu pjan kif se jħallsu l-ispejjez, u dan il-pjan ma jkunux jistgħu jżommuh.