Kenneth Vella
L-aktar żewġ tiġrijiet importanti li saru lbieraħ wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa waqt it-38 laqgħa tas-sena kienu żewġ finali fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn kienu l-finali tal-kampjonat Executive Security Services għal żwiemel tal-klassi Silver u l-Kampjonat Krafft għal dawk tal-klassi Bronze. Dawn intrebħu minn Best of Morchies u Cesar Du Buillon rispettivament. Il-laqgħa kienet tikkonsisti biss minn seba’ tiġrijiet kollha tat-trott.
Ħdax-il żiemel ħadu sehem fil-finali Silver. Prinsen One (Mario Farrugia) kien l-aktar żiemel b’saħħtu wara l-bidu uffiċjali u fl-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Big Boss D’Ariane (Omar Cauchi) u Aimant (Noel Baldacchino). Iżda meta ż-żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali wasal fuq in-naħa ta’ barra l-attakk ta’ Best Of Morchies (Dylan Gatt) li ħa l-ħames rebħa tas-sena minn Aimant (Noel Baldacchino) u Prinsen One. Lajos Euro (Rodney Gatt) daħal fir-raba’ pożizzjoni. Fi tmiem din il-finali, Giorgiana Lupo f’isem l-isponsors, ippremjat lil Clive Agius u Dylan Gatt, is-sid u s-sewwieq taż-żiemel rebbieħ.
Min naħa l-oħra fil-finali tal-klassi Bronze, M.T. Jewel (Marco Debono), li kienet għal ħafna ħin quddiem, ċediet kollox fid-dritta finali. Dan meta nqabżet minn Cesar Du Buillon (Rodney Gatt) li eventwalment qasam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Defi d’Havane (James Carabott). M.T Jewel kellha tikkuntenta bit-tielet post minn Cadumroc (Charles Degiorgio). Għal Cesar Du Buillon din kienet it-tielet rebħa tas-sena u t-tmintax-il waħda f’Malta. Numru kemmxejn impressjonanti.
Is-Sur Shawn Pete Azzopardi, f’isem l-isponsors, ippremja fi tmiem il-finali lis-Sur Daniel Darmanin u lil Rodney Gatt, is-sid u s-sewwieq rispettivament taż-żiemel rebbieħ, Dan fil-preżenza ta’ Edwin Borg, Chairman tal-Malta Racing Club. Il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier għal żwiemel Franċizi fuq distanza twila ta’ 3140m. Din intrebħet minn Aufor De Mire misjuq minn Johann Axisa li akkwista l-ewwel rebħa f’pajjiżna wara li kien il-ħin kollu quddiem.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Midnight Passion (N. Baldacchino) Ħin – 4.08.6” (1.19.2”) 2. Likearollingstone (C. Vassallo) 3. Boko Won (S. Cassar) 4. Douglas (B. Hili)
II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 3140m. 1. Baqualito Mag (C. Degiorgio) Ħin – 4.05” (1.18.1”) 2. Chips De Bourgogne (P. Galea) 3. Amour De Jiel (D. Casha) 4. Cocktail Leman (K. Saliba)
III Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Ami (N. Baldacchino) Ħin – 4.02.9” (1.17.8”) 2. Sangria Knight (P. Galea) 3. Amoy Des Dimes (M. Debono) 4. Tsunami (G. Farrugia)
IV Tiġrija. Finali Kampjonat Krafft. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Cesar Du Buillon (R. Gatt) Ħin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Defi d’Havane (J. Carabott) 3. M.T. Jewel (M. Debono) 4. Cadumroc (C. Degiorgio)
V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Bello Du Tillet (R. Gatt) Ħin – 4.01.8” (1.16.8”) 2. Uriako De Villiere (Sh. Portelli) 3. Prediction (M. Spiteri) 4. Badou (E. Bezzina)
VI Tiġrija. Finali Kampjonat Executive Security Services. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Best Of Morchies (D. Gatt) Ħin– 2.42.3” (1.15.8”) 2. Aimant (N. Baldacchino) 3. Prinsen One (M. Farrugia) 4. Lajos Euro (R. Gatt)
VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Aufor De Mire (J. Axisa) Ħin – 4.04” (1.17.7”) 2. Alors De Blemont (S. Cassar) 3. Atout De Montbrun (R. Gatt) 4. Vicomte d’Havane (K. Saliba)
//= $special ?>