Futbol Sport

Botta u risposta fit-tieni taqsima bejn Vittoriosa u Mqabba

Chris Cassar

VITTORIOSA S. ………………… 1

MQABBA ………………………… 1

Vittoriosa S: R. Marmara, J. Briffa, I. Curmi, L. De Melo, G. Sultana, J. Farrugia, A. Cilia Mumford, A. Sultana, D. Sowatey, R. Sgaria Farias, D. Borg Castaldi.

Mqabba: J. Grech, N. Falzon, G. Mannino, R. Cauchi, J. Castano, K. Cutajar, R. Cutajar, R. Spiteri, K. Borg, G. Cesani, G. Bugeja.Referee: Darryl Agius

Vittoriosa u Mqabba kisbu punt kull wieħed f’logħba missielta u bilanċjata, bir-riżultat ikun l-iktar wieħed ġust. Vittoriosa kienu xi ftit aħjar fl-ewwel taqsima u l-vantaġġ tagħhom kien meritat.

Iżda r-reazzjoni ta’ Mqabba kienet waħda tajba fejn wara li kisbu l-gowl tad-draw li kien verament sabiħ, il-logħba saret iktar ekwilibrata.

L-ewwel taqsima kienet ferm bilanċjata bit-tim ta’ Vittoriosa jkollu iktar mil-logħob fejn għal ħinijiet twal kellu l-inizjattiva. Minkejja dan kienu Mqabba l-iktar perikolużi b’daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Neil Falzon li kienet salvata minn Marmara, u b’xutt bomba ta’ Ryan Cutajar li stampa mal-mimduda.

L-iktar konklużjoni perikoluża ta’ Vittoriosa waslet lejn it-tmiem b’xutt ta’ Gianluca Sultana jgħaddi ftit barra.

Fis-56 minuta Vittoriosa marru fil-vantaġġ b’daqqa ta’ ras sabiħa ta’ Sgaria Farias. Ir-risposta ta’ Mqabba waslet fid-69 minuta b’xutt bomba ta’ Johan Castano jispiċċa fix-xibka għall-gowl verament sabiħ.