Coronavirus Lokali Saħħa

Il-COVID-19 iħalli vittma oħra

F'xahar pajjiżna rreġistra 27 vittma

Mara ta’ 80 sena hija t-62 vittma tal-COVID-19 f’pajjiżna.

L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fid-9 ta’ Ottubru u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet tard ilbieraħ filgħaxija. 

Il-Ministeru għas-Saħħa din id-darba qal li l-mara ma kellhiex mard ulterjuri.