Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura jappella biex jiġi salvat l-aħħar razzett antik

“Ma rridux, li jekk kemm-il darba dan ir-razzett jinqered, il-ġenerazzjonjiet ta warajna jgħidu li m’għamilniex dak kollu possibbli sabiex insalvaw dan l-aħħar wirt tal-Fgura l-antika.”

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura qed joġġezzjona għad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar li ħarġet il-permess u tippermetti t-twaqqieħ u l-iżvilupp ta’ razzett antik fi Triq Hompesch, il-Fgura.

Dan ma kienx razzett bħall-oħrajn kollha, imma kien razzett li kien jgħamel parti miċ-ċentru tal-lokal tagħna. Dan ir-razzett li jmur lura għal mill-inqas l-1914, flimkien mat-trejqa ta’ quddiemu huma l-aħħar fdalijiet tal-Fgura l-antika u b’hekk, bil-qerda tagħhom, biex isir spazju għal iktar żvilupp, ser ikun ingħalaq kompletament il-kapitlu tal-Fgura l-antika.

Is-Sindku tal-Fgura qal li dan huwa punt importanti li donnu ħadd, jew ta’ lanqas l-Awtoritajiet s’issa mhux jifhmu.

Din hija l-missjoni tagħna u nassigura lil kulħadd li ser ngħamluha sal-aħħar.