Lokali

Il-Pulizija tiċħad li ġiet lokalizzata t-tifla li ttieħdet minn ommha barra l-pajjiż

It-tifla li kienet tinsab fil-foster care f’Malta ġiet irrappurtata nieqsa aktar kmieni din il-ġimgħa. Rapport fil-media qal li t-tifla ġiet intraċċata f’pajjiż Ewropew, għalkemm għad trid tinstab. Iżda ftit tal-ħin ilu l-Pulizija ċaħdet li t-tifla nstabet.

It-tfajla hija maħsuba li vvjaġġat illegalment flimkien mal-ommha bijoloġika tagħha, li kellha aċċess mhux sorveljat għaliha għal numru ta’ sigħat nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ħadd, fuq talba tat-tfajla bħala parti minn pjan ta’ integrazzjoni mill-ġdid.

Il-Ħamis li għadda, il-Ministeru tal-Familja fi staqrrija qal li l-omm tat-tfajla kienet ikkuntattjat lid-Direttorat għall-Kura Alternattiva fit-12 ta’ Ottubru wara li l-omm bijoloġika naqset milli tirritorna lit-tfajla d-dar.

Immedjatament is-social workers żaru d-dar tal-omm bijoloġika fejn sabu l-bieb imsakkar. Kien dak il-ħin illi għamlu rapport lill-pulizija. Daknhar stess, il-Pulizija ifurmat lid-Direttorat li l-omm bijoloġika kienet intraċċara f’pajjiż Ewropew.

Id-Direttorat tat-Tfal tkellmet ma’ uffiċjali tal-immigrazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u rriżulta li t-tfajla kienet ivvjaġġat illegalment. Sadanittant, il-pulizija kkuntattjat lill-Europol biex jassistuja f’dan il-każ.