Internazzjonali

Imut l-attur ċelebri Sean Connery

Connery kien l-attur ta' James Bond.

L-attur magħruf għall-interpretazzjoni ta’ James Bond, Sean Connery miet fl-età ta’ 90 sena.

Connery kien l-ewwel attur li interpreta dan l-irwol mis-seba’ atturi. Hu miet mal-lejl waqt li kien rieqed b’Bahamas. Rapporti jgħidu li Connery kien ilu ma jiflaħx għal xi żmien.

Il-karriera ta’ Connery damet 50 sena fejn fost oħrajn ħa sehem f’The Hunt for Red October, Indiana Jones And The Last Crusade u The Rock.

Connery rebaħ għadd ta’ premijiet, fosthom ta’ Oscar, żewġ premijiet ta’ Bafta u tlieta ta’ Golden Globes.