Lokali

Jason Azzopardi jgħid li l-Koħħu qed jimplika wieħed mill-Ministri

Jason Azzopardi, l-avukat tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, qal li meta l-Koħħu kien qed jiġi interrogat mill-Pulizija ma tkellimx biss dwar l-assassinju tal-ġurnalista iżda ta tagħrif ieħor dwar diversi każi oħra serji ħafna u semma wkoll diversi persuni marbuta ma’ dawn il-każi.

Din l-informazzjoni żvelaha fuq l-istazzjon tar-radju 103FM fejn fost dawk li semma’ l-Koħħu, Azzopardi qal li hemm Ministru li għadu fil-Kabinett ta’ Robert Abela u dan issemma’ b’rabta ma’ każ serju ħafna.

Tul l-intervista, Azzopardi qal li hemm aktar minn 2,000 messaġġ ma’ Segretarju Parlamentari fl-2019 meta kien magħruf li Fenech kien is-sid ta’ 17 Black.