Futbol Sport

Konfront delikat għal Milan

(Ritratt: EPA)

Bejn illum u għada tintlagħab is-sitt ġurnata tas-Serie A fejn Milan barra minn darhom jilgħabu kontra Udinese f’partita li tista’ tkun delikata għal Milan hekk kif  għadhom mingħajr telfa dan l-istaġun filwaqt li Udinese jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika.

Fi Stadio Olimpico Roma jilgħabu kontra Fiorentina f’partita bejn żewġ timijiet li jinsabu għaddejijien minn forma simili ta’ xulxin, b’Roma jibdew xi ftit aktar favoriti hekk kif se jilgħabu f’darhom.

Juventus se jkunu qed jittamaw li jirritornaw għar-rebħ meta jilgħabu kontra Speiza. Il-prestazzjonijiet tal-aħħar partiti ta’ Juventus ma kienux dak mixtieqa u dan kien rifless fir-riżultati tagħhom.

Inter se jkunu qed jilgħabu kontra Parma f’partita li Inter se jkunu qed ifittxu li jiksbu t-tliet punti minnha sabiex iżommu l-pass mat-timijiet li jinsabu fl-ewwel tliet postijiet tal-klassifika. Napoli se jkunu nvoluti f’konfront dirett kontra Sassuolo hekk kif iż-żewġ timijiet jinsabu jokkupaw t-tieni post bl-istess ammont ta’ punti.

SERIE A

Illum: Crotone v Atalanta 3.00pm, Inter v Parma 6.00pm, Bologna v Cagliari 8.45pm Għada: Udinese v Milan 12.30pm, Spezia v Juventus 3.00pm, Torino v Lazio 3.00pm, Roma v Fiorentina 6.00pm, Napoli v Sassuolo 6.00pm, Sampdoria v Genoa 8.45pm It-Tnejn: Verona v Benevento 8.45pm