Liverpool dawru telfa f’rebħa f’Anfield wara li għelbu lil West Ham 2-1. West Ham marru fil-vantaġġ wara għaxar minuti meta clearance bir-ras ta’ Georginio Wijnaldum rat il-ballun jispiċċa għand Pablo FORNALS li ħataf l-opportunità għal gowl. Fit-42 minuta, Arthur Masuaku waqqa lil Mohamed Salah fil-kaxxa, bl-istess SALAH inkwadra mill-11-il metru. Liverpool kellhom jistennew sal-85 minuta biex kisbu l-gowl tar-rebħa wara li għal darb’oħra, s-sostitut Diego JOTA poġġa ismu mal-iskorers wara li rċieva mingħand Xherdan Shaqiri.
Gowl deċiżiv ta’ Kyle Walker ta r-rebħa lil Manchester City kontra Sheffield United. Wara nofsiegħa logħob, Kevin De Bruyne dawwar il-ballun lejn in-nofs tal-grawnd fuq Kyle WALKER, fejn żamm tajjeb u b’xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa rebbaħ it-tliet punti lil Manchester City.
Chelsea għelbu faċilment lil Burnley 3-0. Fis-26 minuta, Timo Werner niżel mal-linja leminija fejn qassam lil Tammy Abraham fil-kaxxa, fejn b’dahru lejn il-lasta niżżel lil Hakim ZIYECH li b’xutt fil-baxx ma falliex. Kurt ZOUMA kabbar il-vantaġġ fit-63 minuta b’daqqa ta’ ras wara korner preċiż ta’ Mason Mount. Seba’ minuti wara, u Chelsea aċċertaw ruħhom mir-rebħa meta Ziyech poġġa lil Timo WERNER f’pożizzjoni ideali fejn ma żbaljax.
//= $special ?>