Internazzjonali

Terremot fit-Turkija u l-Greċja – iħalli numru ta’ vittmi

Terremot qawwi laqat il-kosta tat-Turkija u t-tramuntana tal-gżira Griega, Samos u qered għadd ta’ bini u qatel mill-inqas 22 persuna.

It-theżżiża kienet ta’ 7 fuq l-iskala Richter bl-epiċentru kien ‘il barra mill-provinċja ta’ Izmir fit-Turkija.

It-Turkija klassifikat il-qawwa tat-theżżiża aktar baxxa għal 6.6, u qalet li 20 persuna mietu u 786 weġġgħu fil-provinċja ta’ Izmir. Fuq Samos, żewġ studenti nqatlu. It-theżżiża kkawżat tsunami zgħir li għarraq Izmir u Samos.

L-awtoritajiet qalu li 70 persuna ġew salvati minn taħt ir-radam tal-bini.