Formula 1 Sport

Valtteri Bottas jirbaħ l-pole position f’Imola

(Ritratt: EPA)

Valtteri Bottas ta’ Mercedes assigura r-raba’ pole position tal-istaġun f’Imola. Lewis Hamilton kien fuq quddiem għal maġġoranza tal-kwalifikazzjoni, però fit-tielet kwalifikazzjoni Bottas qabeż lil Hamilton b’0.097 sekonda. Max Verstappen kellu problem fil-magna fit-tieni rawnd tal-kwalifikazzjoni, imma rnexxielu jirkupra u temm fit-tielet post. Fir-raba’ post temm Pierre Gasly ta’ AlphaTauri segwit minn Daniel Ricciardo ta’ Renault.

Hamilton se jkun qed jaspira għal 93 rebħa fil-Formula 1, hekk kif għeleb ir-rekord ta’ Michael Schumacher.

Il-Grand Prix ta’ Emilia Romagna tibda għada fis-1.10pm fit-trakka ta’ Enzo e Dino Ferrari ġewwa Imola.