Lokali

Aġġornata – Sparati diversi tiri; il-pulizija tal-RIU msejħa għall-għajnuna fl-Imsida

Ritratt miġbud minn Alan Abela-Wadge

Kollox qed jindika li ġew sparati diversi tiri hekk kif il-Pulizija daħlet għal raġel li kien armat f’daru wara ħidma ta’ sitt sigħat ta’ negozjati ma’ dan il-persuna f’residenza fil-periferija bejn Tal-Pietà u l-Imsida.

Kien għall-ħabta tat-8pm meta fi Triq Bordin fl-Imsida ssejħet l-għajnuna tal-pulizija wara li minn informazzjoni li kiseb Net News raġel Serb kien qed jikkawża ħsara fil-propjetà ta’ xi ġirien. 

Meta l-pulizija marru biex jintervjenu, is-Serb beda jhedded lill-pulizija bis-skieken u kellu wkoll arma tan-nar.

Waqt filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali l-pulizija jinstemgħu jlissnu l-kliem “Put the gun down, hands up”.

Għall-ħabta tas-1.40am il-Pulizija daħlu fir-residenza u nstemgħu diversi tiri ta’ twissija bil-Pulizija jidħlu fil-post fejn is-Serb ġie arrestat.

Aktar dettalji ‘l quddiem.

https://www.facebook.com/ChrisXMalta/videos/1123775481390576