Futbol Sport

Arsenal jirbħu f’Old Trafford wara 14-il sena

(Ritratt: EPA)

Arsenal rebħu 1-0 kontra Manchester United biex kisbu l-ewwel rebħa f’Old Trafford wara 14-il sena. L-uniku gowl tal-partita wasal fid-69 minuta meta Paul Pogba waqqa’ lil Bellerin fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Minn ħdax-il metru PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG ma’ żbaljax.

Aktar kmieni, Newcastle għelbu lil Everton 2-1. Għal Newcastle skorjaw minn penalty wara 56 minuta permezz ta’ CALLUM WILSON. L-istess plejer irdoppja fl-84 minuta. DOMINIC CALVERT-LEWIN skorja l-gowl ta’ konsolazzjoni għal Everton fid-90 minuta.

Aston Villa sofrew it-tieni telfa konsekuttiva meta fis-Saint Mary’s Stadium tilfu 4-3 kontra Southampton. JANNIK VERSTERGAARD fetaħ l-iskor wara 20 minuta b’daqqa’ ta’ ras. JAMES WARD-PROWSE skorja ġmiel ta’ freekick fit-33 minuta bl-istess plejer jirdoppja fil-45 minuta. DANNY INGS għamilhom 4-0 fit-58 minuta. Aston Villa naqqsu l-iskor fit-63 minuta permezz ta’ TYRONE MINGS. Żewġ gowls lejn it-tmiem ta’ OLLIE WATKINS minn penalty u JACK GREALISH ma kienux biżejjed biex isalvaw punt għal Aston Villa.