Internazzjonali

ATTAKK KANADA: Tnejn jinqatlu f’Quebec

Tal-inqas żewġ persuni nqatlu filwaqt li ħamsa oħra spiċċaw ndarbu wara li raġel liebes ilbies deskritti bħala dawk ta’ żmien il-medjuevu, attakka lil kull min sab quddiemu permezz ta’ xabla.

Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija fil-qalbha tal-Belt Kanadiża ta’ Quebec, qrib iċ-ċentru storiku, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta filgħaxija ħin Kanadiz.

Filwaqt li l-Pulizija ħeġġew lin-nies sabiex ma joħorġux ‘il barra minn darhom – l-uffiċjali rnexxielhom jaqbdu liż-żagħżugħ suspettat madwar sagħtejn wara – fejn sussegwentament ittieħed l-isptar sabiex jingħata l-kura.

Il-mottiv wara dan l-aġir għadu mhux magħruf.