COVID-19: Il-vittmi f’pajjiżna jitilgħu għal 64

Żewġ anzjani mietu matul il-lejl waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.

Fl-ewwel każ, anzjana ta’ 91 sena mietet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.  Hija kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-21 ta’ Ottubru. Iddaħħlet fl-Isptar Boffa fl-24 ta’ Ottubru u ġiet trasferita fl-Isptar Mater Dei fis-27 ta’ Ottubru.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 80 sena, li wkoll miet matul dan il-lejl, kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-15 ta’ Ottubru u ddaħħal fl-Isptar St Thomas fis-17 ta’ Ottubru u ġie trasferit fl-Isptar Mater Dei fil-21 ta’ Ottubru.