Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara waqgħa

Sirjan ta’ 16-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara nċident li sar ilbieraħ f’sit ta’ kostruzzjoni.

Il-Pulizija ġiet infurmata għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, li persuna waqgħet mal-erba’ sulari fi Triq il-Qratas, is-Swieqi.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li ż -żagħżugħ kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fir-raba’ sular u waqa’.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post biex jagħti l-ewwel assistenza, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea LL.D qiegħda tmexxi inkjesta. L-investigazzjonijiettal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.