Futbol Sport

Gowl ta’ Bale 17-il minuta mit-tmiem ipoġġi lil Tottenham fit-2 post

(Ritratt: EPA)

Tottenham kisbu rebħa ta’ 2-1 kontra Brighton biex b’hekk telgħu fit-tieni post tal-klassifika. Kien HARRY KANE li tefa’ lit-tim ta’ Jose Mourinho fil-vantaġġ wara 13-il minuta permezz ta’ penalty. TARIQ LAMPTEY ġab id-draw 11-il minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, biex is-sostitut GARETH BALE skorja l-gowl deċiżi fit-73 minuta.

PREMIER LEAGUE

Il-Ġimgħa: Wolves v Crystal Palace 2-0 Ilbieraħ: Sheff. Utd v Man City 0-1, Burnley v Cheslea 0-3, Liverpool v West Ham 2-1 Illum: Aston Villa v Southampton 3-4, Newcastle v Everton 2-1, Man Utd v Arsenal 0-1, Tottenham v Brighton 2-1 Għada:Fulham v WBA 6.30pm, Leeds v Leicester 9.00pm