Lokali

Iweġġa gravi wara li ntlaqat minn vettura

Raġel ta’ 60 sena residenti r-Rabat, Għawdex, kellu jittieħed l-isptar wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku.

Kienu xi s-sitta neqsin kwart tal-Ħadd filgħodu, xħin il-Pulizija ntalbet tassisti fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex.

L-ewwel investigazzjonijiet juru li karozza Hyundai Pony, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena li joqgħod Marsascala, laqtet lill-vittma.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.