Futbol Sport

L-MFA se tonora l-karriera ta’ Michael Mifsud f’partita ta’ ħbiberija

(Ritratt: Dominic Aquilina)

L-MFA se tkun qed tonora l-karriera twila ta’ Michael Mifsud f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Liechtenstein fil-11 ta’ Novembru. Mifsud se jkun qiegħed itemm karriera twila ta’ 20 sena mat-tim nazzjonali Malti fejn lagħab aktar minn 140 partita u skorja 41 gowl, li tagħmlu l-aktar plejer li qatt skorja bil-flokk tat-tim nazzjonali.

Il-kowċ Devis Mangia sejjaħ skwadra ta’ 32 plejer għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Liechtenstein filwaqt li din se tonqos għal 24 plejer għall-partiti mill-UEFA Nations League kontra Andorra u l-Gżejjer Faroe.

L-iskwadra kollha

GOWLKIPERS
Henry Bonello (Valletta); Matthew Calleja Cremona (Hibernians); Jake Galea (Sliema Wanderers).

DIFENSURI
Andrei Agius (Hibernians); Jean Borg (Valletta); Steve Borg (Gżira United)*; Triston Caruana (Valletta); Karl Micallef (Ħamrun Spartans); Zach Muscat (Casa Pia AC – Portugall); Kurt Shaw (Sliema Wanderers).

MIDFIELDERS
Samir Arab (Balzan); Myles Beerman (Sliema Wanderers); Ryan Camenzuli (Floriana); Juan Corbalan (Ħamrun Spartans); Matthew Guillaumier (Ħamrun Spartans); Bjorn Kristensen (Hibernians); Joseph Mbong (Ħamrun Spartans); Rowen Muscat (Valletta); Steven Pisani (Balzan); Neil Tabone (Żejtun Corinthians); Teddy Teuma (Royale Union Saint-Gilloise – Belġju).

ATTAKKANTI
Jan Busuttil (Floriana); Jurgen Degabriele (Hibernians); Shaun Dimech (Valletta); Jean Paul Farrugia (Sliema Wanderers); Luke Gambin (Colchester United – Ingilterra); Jake Grech (Hibernians); Michael Mifsud (Sirens FC); Kyrian Nwoko (Valletta).